6.25.2011

ĦUDNI F'IDEJK...
U GĦAMEL BIJA DAK LI TRID

Mulej,
irrid naqdik bħala saċerdot.

Jista’ jkun li
m’għandix xi don speċjali,
imma dak li għandi
rrid nagħtihulek.

Mulej,
għallimni nasal
mix-xewqa għall-azzjoni.
Qawwini biex nibdel

l-egoiżmu tiegħi
f’servizz għall-oħrajn.
’Tini idek biex noffri
kumpannija lil min iħossu
waħdu, infarraġ lil min
huwa mgħaffeġ taħt
it-toqol tal-ħajja, nuri
t-triq lil min tilifha.

Jekk trid dil-ħaġa
minni, għinni biex il-quddiem
inkun saċerdot skont
il-Qalb tiegħek...


Ammen.

No comments: