ĠESÙ BISS
Għal warajk jiġru riġlejja,
Għalik biss jaħdmu jdejja.
Lilek biss jibku għajnejja,
Għalik biss jidħqu xofftejja.
Int Ġesù li mitt għalija,
Li sirt ħobż biex tgħix ġo fija.
Leħnek biss irrid f’widnejja;
Lilek biss jien irrid ħdejja.
Kun ħabib li dejjem miegħi,
Kun tabib fil-mard minn tiegħi.
Għalik biss tħabbat din qalbi;
Ta’ sikwit lejk jitla’ talbi.
Lilek biss insejjaħ jien,
Waqt il-biża’ kullimkien.
Kun l-imħabba li ssaffini,
Kun il-faraġ li jhennini;
Kun is-saħħa li tqawwini,
Kun id-dawl illi jmexxini.
‘l idejk biss irrid f’idejja
meta l-mewt tkun riesqa lejja.
Kun il-premju li nistenna;
wiċċ imb’wiċċ narak fil-ġenna.
Minn qiegħ qalbi lilek infaħħar,
Ġesù biss, issa w sa l-aħħar.
Għal warajk jiġru riġlejja,
Għalik biss jaħdmu jdejja.
Lilek biss jibku għajnejja,
Għalik biss jidħqu xofftejja.
Int Ġesù li mitt għalija,
Li sirt ħobż biex tgħix ġo fija.
Leħnek biss irrid f’widnejja;
Lilek biss jien irrid ħdejja.
Kun ħabib li dejjem miegħi,
Kun tabib fil-mard minn tiegħi.
Għalik biss tħabbat din qalbi;
Ta’ sikwit lejk jitla’ talbi.
Lilek biss insejjaħ jien,
Waqt il-biża’ kullimkien.
Kun l-imħabba li ssaffini,
Kun il-faraġ li jhennini;
Kun is-saħħa li tqawwini,
Kun id-dawl illi jmexxini.
‘l idejk biss irrid f’idejja
meta l-mewt tkun riesqa lejja.
Kun il-premju li nistenna;
wiċċ imb’wiċċ narak fil-ġenna.
Minn qiegħ qalbi lilek infaħħar,
Ġesù biss, issa w sa l-aħħar.
1 comment:
Spiss fil-hajja, kliem sabih ta' mhabba bhal dan lejn Gesu' bhal donnu jixghel xihaga minn gewwa u jqanqal il-hsieb. Izda xi kultant ikun xihaga tal-mument ukoll.
Minkejja li mhux facli tghix dak il-kliem fil-hajja ta' kull jum, taghmel sens li wiehed jipprova. Bil-hafna drabi li taqbad lilek innfsek tizbalja, tista' anke tahbat taqta' qalbek imma worth it HAFNA tibqa' tipprova u tersaq dejjem eqreb lejn daK li habbek b'mod perfett qabel ma biss kont tezisti.
is-SLIEM!
Post a Comment