2.22.2011

IT-TALBA TIEGĦI TA' FILGĦODU
Mons. Salv Grima


Sinjur,
nitolbok timlieni
bl-imħabba tiegħek
biex nirbaħ kull tfixkil...

bil-mogħdrija
biex naħfer
u nagħder lil kulħadd...

bil-kuraġġ
bien inħaddan
kull sagrifiċċju...

b'fidi sħiħa
biex nemmen iżjed
fl-imħabba tiegħek lejja...

bis-sinċerità
biex is-servizz tiegħi
jkun jogħġbok...

bid-dehen
biex nagħżel bl-aħjar sehem tiegħi
mhux id-dinja imma s-sema...

bil-qawwa spiritwali
bierx nerfa' ta' kuljum
is-salib tiegħi.

Amen.



KULL NHAR TA' ĦAMIS BEJN ID-9.00 AM U L-5.30 PM
FIL-KAPPELLA TA' DAR IĊ-ĊENAKLU - B'KARA
ĠESÙ JKUN ESPOST GĦALL-ADORAZZJONI
BIEX ISIR TALB GĦAS-SAĊERDOTI U GĦALL-VOKAZZJONIJIET
SAĊERDOTALI, RELIĠJUŻI U LAJĊI IMPENJATI
FIL-KNISJA F'MALTA.

KULĦADD HUWA MISTIEDEN BIEX IŻUR LIL ĠESÙ
U NITOLBUH IKOMPLI JBIEREK
IL-KNISJA TIEGĦU B'ĦAFNA VOKAZZJONIJIET.

1 comment:

Anonymous said...

Xi kull tant nisimghu il-frazi "u mela jien naf nitlob?!", u xi kull tant forsi nghiduha ahna wkoll.

Imma fejn hu l-gherf biex nitolbu lill-Missier doni semplici tal-hajja ta' kull jum? Aktarx mhux gherf irridu, izda ftit kuragg biex nersqu lejH u nindunaw bil-bzonnijiet semplici, izda utli ghal hajjitna.

Kuragg hbieb, flimkien mieghU, naslu!