6.03.2013

IL-QUĊĊATA TAL-ĦAJJA

Sinjur Ġesù,
għinna biex nagħmlu minn ħajjitna
offerta ġeneruża u safja
magħquda mal-offerta
li tagħmel Int kontinwament
fuq l-artali kollha tad-dinja.
Għinna niċċelebraw il-quddiesa
bħala ċ-ċentru tal-ġranet kollha tagħna,
fejn nitgħallmu kuljum
insibu għajn ta' fidi u ta' mħabba
li tkabbar il-karità tagħna
lejn ħutna l-bnedmin.
Agħti nitolbuk lis-saċerdoti kollha tad-dinja,
fil-ħin tal-quddiesa tagħhom,
l-istess sentimenti li kellek Int fuq is-salib
biex tkun tista' bil-libertà kollha
tinqeda bihom
biex ikomplu l-offerta tiegħek
għall-glorja tal-Missier.
Ammen.

Mons Salv Grima

No comments: