TA' MIN HU BĦALHOM HI S-SALTNA TA' ALLA
Dawn huma talbiet li kitbu xi studenti tal-Form 2 waqt il-live-in tagħhom. Forsi hemm xi talb minnhom li tista' titolbu int ukoll...
Nixtieq li nibda niftaħ widnejja aktar u nisma' lil ħaddieħor. Nixtieq nibda nħobb aktar lil ħaddieħor. Nixtieq li dan il-live-in jkun jiswa ta' xi ħaġa u ma ninsiehx.
Għall-futur tiegħi nixtieq li jkolli familja tajba bħal dik li kbirt fiha.
Mulej Ġesù nitolbok biex la nikber nsir dak li tridni int li nsir. Imma urini int. Għinni biex meta mmur il-quddiesa ma noqgħodx inparla ma' xi ħadd imma nisma' sew dak li inti tkun qiegħed tgħallimni u ma nneħħihx minn ħajti. Għinni biex meta taqbiżli nikkkontrolla lili nnifsi u mhux nibda ngħid affarijiet li ma nafx xi nkun qiegħed ngħid.
Mulej għinni ħalli nkun aħjar ma' sħabi u biex nieħu t-talb iżjed bis-serjetà.
Nixtieq li la nikber ikolli l-familja tiegħi u nkunu nħobbu lil xulxin.
Mulej irrid isma' aktar u anke ngħid 'LE' meta jkun hemm bżonn.
Li nsir bandist tajjeb. Li nistudja aktar. Ġieli nkun pessimist u rrid ninbidel. Li nsib tfajla li tkun tagħmilni kuntent. Li nkun naf nagħraf il-ħażin mit-tajjeb. Ngħin aktar lil min hu fil-bżonn. Li nipprova ma nħallix ir-rabja tagħmini.
Mulej nixtieqek tgħinni f'ħajti, speċjalment fl-iskola u tgħinni nneħħi l-biża' li ġieli jkolli.
Nixtieq li nsir tennista tajjeb. Nixtieq ukoll li meta nikber niżżewweġ u jkolli familja. Li anke l-quddies nibda niġi minn qalbi iktar. Ġesù għinni niftaħ iżjed qalbi ma' min nafda. Nixtieq ukoll li nneħħi l-mistħija u li meta jkolli dnub immur inqerru. U fl-aħħar ukoll nixtieq li jekk Allaħares qatt inkun miexi fi triq ħażina, nkun nista' ninbidel.
Ġesù għinni nieħu l-istudju aktar bis-serjetà.
Ġesù, grazzi tal-jumejn sbieħ li tajtni f'dan il-live-in. Grazzi tal-familja u fuq kollox talli tajtni t-talenti li għandi bżonn!
O Ġesù, nixtieq nistaqsik għal xhiex qed issejjaħli. Jien kieku nixtieq insir teacher tajjeb. Nixtieq li fiż-żmien tal-iskola tressaqni aktar lejn il-quddies ta' kuljum. Nixtieq li ma nkunx daqshekk bossy. O Ġesù għinni biex ngħid 'le' għat-tentazzjonijiet ta' kuljum.

O Mulej, inti taf jien x'irrid, imma jekk ma nitlobhilekx xorta irridek ittini dak li jgħodd għalija. Tini l-paċi, rebħa kontra l-mistħija, li għid 'le', kontroll fuq l-azzjonijiet tiegħi. Imma fuq kollox, irrid inkun naf kif nista' nifhem il-messaġġ tiegħek għall-futur tiegħi.
Ġesù għinni nfittxek aktar ta' spiss fil-quddies u fil-qrar.
Mulej, għidli u aqta' xewqtek. Għidli r-rieda tiegħek, forsi li niżżewweġ jew insir saċerdot. Iftaħli qalbi u moħħi biex nisma' s-sejħa tiegħek. Ibqa' miegħi matul ħajti kollha. Titlaqnix u ikkontrollani, l-aktar mal-ħbieb, u għinni biex nirbaħ it-tentazzjonijiet kollha.
Alla Missier, agħmilni nisimgħek aktar sewwa. Nixtieq li nkun naf ir-rieda tiegħek. Bħalissa għandi feeling li qed tgħidli biex niżżewweġ. Imma qabel kelli feeling biex insir saċerdot. Għidli, għidli xi rrid nagħmel. Grazzi.
You know me God. I know You know me. I know you're helping me. But maybe I'm blind to all opportunities. You give me many opportunities but help me so I won't mess things up. Amen.
Mulej Ġesù isma' t-talb tiegħi. Nixtieq li fid-dinja dejjem ikun hemm il-paċi u r-rispett lejn in-natura. Ħu ħsieb lil-familja tiegħi, lil missieri u ommi u ħija. Agħmel li jien inkun eżempju tajjeb għal sħabi. Li jkollna rispett bejnietna u nieħdu gost ukoll. Mulej Grazzi! Inħobbok ħafna u aċċetta dan il-messaġġ u din it-talba tiegħi.
Mulej, jien nixtieq inkun dak li trid int. Ġesù nixtieq ikolli iktar ħin ta' talb u nibda' mmur quddies matul il-ġimgħa. Nixtieq li turini kif nuża t-talenti li għandi, kif ukoll xi talenti oħra li għadni ma skoprejtx. Nixtieq li qatt ma nbati minħabba saħħa. Grazzi Ġesù ta' kollox.
Li ommi u missieri jieqfu jgergru u li ngħix fil-paċi. Li tgħinni nikkontrolla n-nervi tiegħi.
Nixtieq insir footballer itjeb u tgħinni biex jekk xi ħadd jgħidli xi ħaġa għall-ġid tiegħi ma nkunx supperv. Għinni biex nitlob aktar u nkun tifel tajjeb. Ġesù għinni ħalli nitgħallem ngħid 'le' għall-affarijiet ħżiena u li jien inkun qed naħsibhom tajbin.
Sabiex la nikber ikolli xogħol tajjeb u futur tajjeb. Għinni biex ma nitlifx il-fidi tiegħi imma nqawwiha u ma naqax f'xi tentazzjoni ħażina. Għinni nagħraf aktar inti xi trid minni.
Li nattendi l-quddies matul il-ġimgħa. Li nsib tfajla li "tixraqli". Li nagħmel dak li jridni Ġesù. Li ngħin lil waħda ħabiba tiegħi fit-tbatijiet tagħha. Hi tgħinni nirrifletti fuq ħajti u naqsmu flimkien tbatijiet, inkwiet, ferħ u biki.
No comments:
Post a Comment