ĦENJIN DAWK LI JEMMNU ... BLA MA JARAW!
Mulej, b'fiduċja kbira nduru lejk
u nitolbuk biex fil-Knisja ma jonqsu qatt il-vokazzjonijiet;
li iżjed żgħażagħ jiddedikaw ħajjithom għas-Saltna tiegħek,
u jwieġbu 'iva' għas-sejħa biex ikunu saċerdoti, patrijiet, sorijiet,
ikkonsagrati u missjunarji.
Nitolbuk għal dawk ħutna li fil-ħajja miżżewġa u fil-familja
huma msejħa biex jagħtu xhieda ta' fedeltà fl-imħabba.
Agħmel li kull min hu msejjaħ biex jimxi warajk
ikun sinjal ħaj tal-Evanġelju tiegħek.
Mulej, neħħi minna d-dubji, l-inkwiet u l-qtiegħ ta' qalb.
Imliena bil-fiduċja u bil-qawwa ta' mħabbtek
biex inkunu xhieda awtentiċi tal-preżenza tiegħek fostna.
Ammen.
No comments:
Post a Comment