Mulej,
li xettilt fil-qalb ta' l-ommijiet kollha
x-xewqa ta' l-għotja tagħhom infushom,
aqlagħli l-grazzja li jkolli iben
li xi darba jigi jgħidli:
"Ma, irrid insir qassis."
Liema rigal isbaħ nista' noffrilek, o Mulej,
jekk ma noffrilekx l-istess ħolqien tiegħi?
Int, Ġesù tippermetti li l-vokazzjoni
ta' iben titnissel fil-qalb t'ommu.
Nitolbok, Mulej, li tqiegħed f'qalbu
l-virtujiet saċerdotali li għandu jkollu qassis:
is-safa, il-ġenerożità, l-ispirtu tas-sagrifiċċju u ħafna imħabba,
biex hekk dan ibni jsir għalqa adattata
fejn tixxettel il-vokazzjoni jekk din tkun ir-rieda Tiegħek.
Jekk, imbagħad, o Mulej, ir-rieda tiegħek tkun xort'oħra,
ilqa' nitolbok it-talb tiegħi biex iż-żgħażagħ
li jisimgħu s-sejħa tiegħek li jagħtu lilhom nfushom,
kollha kemm huma għalik, ikollhom il-kuraġġ
li jwieġbu b'ġenerożità għall-Pjan Tiegħek.
Verġni Bla Tebgħa, Omm u Reġina tal-Appostli,
li l-ferħ immens tiegħek kien li tnissel l-uniku,
veru u qaddis saċerdot, Ġesù ta' Nazaret,
isma' u wettaq ix-xewqa tiegħi ta' omm,
li tant tafda fil-Qalb Tiegħek ta' omm,
flimkien ma' tant ommijiet fid-dinja.
Agħmel, o Marija, li maġenb l-artal ta' Ibnek Ġesù,
inkun hemm jien ukoll;
jekk mhux bħala omm ta' iben saċerdot
almenu bħala sieħba. Isma', ja Omm is-Saċerdot Etern, it-talba tiegħi!
No comments:
Post a Comment