IŻ-ŻMIEN
Taf kemm tiswa sena?
Staqsi studenta li m’għaddietx minn eżami u qed tirrepeti...
Taf kemm jiswa xahar?
Staqsi lil dik l-omm li twelditilha tarbija qabel iż-żmien...
Taf kemm tiswa ġimgħa?
Staqsi lill-editur ta’ gazzetta li toħroġ darba fil-ġimgħa...
Taf kemm tiswa siegħa?
Staqsi lil żewġ namrati li qed jistennew bil-ħerqa biex jiltaqgħu...
Taf kemm tiswa minuta?
Staqsi lil dik li tilfet l-ajruplan għax waslet minuta tard...
Taf kemm tiswa sekonda?
Staqsi lil dak li għal ftit ma tilifx ħajtu huwa w jaqsam it-triq...
Taf kemm tiswa millisekonda?
Staqsi lil dik li tilfet il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi...
Għozz kull mument li qed tgħix. Ftakar li ż-żmien ma jistenna lil ħadd.
Il-bieraħ għadda u mar. Għada hu misteru. Jifdal illum biss.
Illum hu rigal, għalhekk insejħulu “PREŻENT”.
Għalhekk għix fil-preżent.
Irringrazzja 'l Alla ta' dak li rnexxielek tagħmel il-bieraħ
imma sserraħx fuq dak li għamilt.
Illum ġernata ġdida!
Investi kemm tiflaħ fis-saħħa, fil-kuntentizza, f’dak kollu li huma utli għall-eternità. Ftakar li qed tgħix ma’ persuni li huma egħżież għalik.
"All we have to do is decide
what to do with the time
given to us..."
Gandalf, Lord of the Rings
No comments:
Post a Comment