2.20.2012



Il-kurċifiss tiegħi...
inġorru kullimkien
u nippreferih fuq kollox.

Il-kurċifiss tiegħi...meta nkun dgħajjef: isir il-qawwa tiegħi
meta nkun għajjien: itini s-saħħa
meta naqa': iqajjimni mill-ġdid
meta nibki: ifarraġni
meta nbati: ifejjaqni
meta nibża': jassigurani
meta nsejjaħlu, dejjem iweġibni.

Il-kurċifiss tiegħi...huwa d-dawl li jdawwalni,
huwa x-xemx li ssaħħanni,
huwa l-ikel li jsaħħaħni,
huwa l-għajn li tiffriskani,
huwa s-sbuħija ta' imħabba infinita li ssaħħarni,
huwa s-solitudni li takkumpanjani,
l-Oċejan ta' ħniena li ngħum fiha,
l-Abbiss uman u divin li nintilef fih....

Il-kuċifiss tiegħi...
fih insib kollox.
Ma nixtieq xejn,
ma nfittex xejn,
ma nistenna xejn,
l-anqas ma rrid nirċievi xejn,
jekk mhux dak li jtini u li jgħidli
l-kurċifiss tiegħi.

Il-kurċifiss tiegħi...
Ħa jkun l-istil ta' mħabba li bih immexxi ħajti
(ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien...).
Għad jassigurani fil-mument
tal-mewt tiegħi, u fl-Eternità.
Fiż-żmien li ngħaddi hawn isfel,
kif ukoll fl-Eternità
jiena naf ħajti lilu.
Lilu, li fuq is-salib ta kollox għalija.

Ammen.

No comments: