2.08.2012

Talb għall-qdusija tas-Saċerdoti
Mons. Dun Salv Grima
O Ġesù, Saċerdot Etern,
Qaddes is-Saċerdoti tiegħek.

Qalb ta' Ġesù, minfuda mil-lanza,
Ħaddan miegħek is-Saċerdoti tiegħek.

O Ġesù, f'ġieħ id-Demm għażiż tiegħek,
Ippurifika s-Saċerdoti tiegħek.

O Ġesù, f'ġieħ il-Passjoni tiegħek,
Agħti I-qawwa lis-Saċerdoti tiegħek.

O Ġesù, f'ġieħ it-Pjagi tiegħek,


Fejjaq is-Saċerdoti tiegħek.

O Ġesù, f'ġieħ it-tbatijiet u s-Salib tiegħek,
Żomm fil-qdusija s-Saċerdoti tiegħek.

O Ġesù, nkurunat bix-xewk,
Imla bil-għerf tas-sema s-Saċerdoti tiegħek.


O Ġesù, f'ġieħ idejk minfudin mill-imsiemer,
Bierek b'barka speċjali s-Saċerdoti tiegħek.

O Ġesù, f'ġieħ riġlejk minfudin bl-imsiemer,
Agħmel li s-Saċerdoti jimxu dejjem fit-triq tal-qdusija.


O Ġesù, ta' tjieba bla tarf,
Aħfer in-nuqqasijiet tas-Saċerdoti tiegħek.

O Ġesù, ta' ħniena bla tmiem,
Ħobb u agħder is-Saċerdoti tiegħek.


Spirtu ta' Ġesù Kristu,
Agħti l-ħajja lill-ħidmiet kollha tas-Saċerdoti tiegħek.

Marija, Omm ta' Ġesù s-Saċerdot Etern,
Kun il-għaxqa tas-Saċerdoti tiegħek.

Marija, avukata setgħana,
Iddefendi u ħares lis-Saċerdoti tiegħek.

Marija, qawwa tad-debboli, kun mas-Saċerdoti tiegħek,
fix-xogħol tal-ministeru tagħhom ta' kuljum.


Marija, kewkba l-aktar sabiħa,
Dawwal is-Saċerdoti tiegħek.

Marija, patruna ċelesti tal-Kleru,
Iddefendi l-kawża tas-Saċerdoti tiegħek.


Marija, refuġju ħelu ta' l-insara kollha,
llqa' fil-kenn tal-Qalb Immakulata tiegħek lis-Saċerdoti kollha.

Marija, għajnuna qawwija ta' l-Insara,
Għin u assisti s-Saċerdoti tiegħek.

Marija, gwida żgura tagħna,
Akkompanja dejjem is-Saċerdoti tiegħek.

Marija, konsolatriċi ta' I-imnikktin,
lkkonforta s-Saċerdoti tiegħek fid-dwejjaq tagħhom.


Marija, assisti s-Saċerdoti moribondi, farraġhom fl-agunija tagħhom,
iftħilhom il-bibien tal-ġenna, u daħħalhom fis-saltna ta' dejjem.

Ammen.

No comments: