12.03.2013

TALBA GĦAL MIN QED IFITTEX IT-TRIQ

Mulej Alla tiegħi, int ħlaqtni għax ħabbejtni.
Kont miegħi il-jiem kollha ta' ħajti, mingħajr qatt ma ħallejtni waħdi.
Naf li inti tixtieqli l-aqwa ġid, u tixtieq tarani kuntent.
Qed nikber, Mulej,
u bħalissa jibdew għaddejjin ħafna ħsibijiet minn moħħi...
X'se nagħmel b'ħajti?
X'jagħti sens tassew lil ħajti?
Għandi ħafna xewqat...
Il-ġenituri, tal-familja, u l-ħbieb jgħiduli ħafna affarijiet...
Imma jien x'nixtieq nagħmel?
X'inhu l-aħjar għalija?
Mulej, inti qed tħares lejja dritt f'għajnejja...
Qed tħares lejja b'imħabba kbira...
Ma tixtieq xejn iktar ħlief tgħinni biex tarani kuntent.
Agħtini libertà sħiħa, Mulej.
Tħallinix inkun marbut ma' dak li mhux importanti.
Tħallix lil qalbi tinġibed wara affarijiet li jlellxu,
bħall-flus, bħall-karriera.
Tħallix li nkun immexxi minn x'jaħsbu fuqi l-oħrajn.
Imma agħmel li ħaġa waħda biss inkun nixtieq:
li nagħmel dak li tixtieq inti minni.
Iva, Mulej, agħtini l-libertà li nkun nixtieq nagħmel biss
dak li tixtieq minni int,
għax huwa dak li jagħmilni ferħan tassew.
Grazzi, Mulej. Grazzi ħafna.

No comments: