10.22.2013


STAQSEJNA XI STUDENTI TAS-SEKONDARJA GĦALA MA JGĦADDUX MINGĦAJR ĠESÙ. QED INĠIB FTIT MIR-RISPOSTI GĦAX ĦASSEJT LI HEMM ĦAFNA GĦERF F'DAK LI QALU.

QATT KELLEK DOMANDA DWAR XI JFISSER "TPOĠĠI LIL ĠESÙ FIĊ-ĊENTRU TA' ĦAJTEK?" DAK LI KITBU SĦABNA GĦANDU JGĦINEK...

Jien ma ngħaddix mingħajr Ġesù għax...
... Hu jiġbidni lejh
... mingħajru d-dinja tkun post kiesaħ u mimli mibegħda
... Hu l-paċi tagħna
... bla Ġesù m'hemmx mistrieħ
... inkella ma jkollix ferħ ġo fija
... ma nkunx nista' nagħmel paċi miegħi innifsi
... Hu  jaħfirli dejjem, u dejjem jibqa' jħobbni
... Hu biss jagħtini l-imħabba vera, u ħadd aktar
... jekk m'għandix lil Ġesù m'għandix fidi u imħabba
... kien Ġesù li ħalaqni u miet għalija, u mingħajru ngħix fil-mewt u d-dwejjaq.
... Hu jmexxini matul ħajti
... Hu salvana u jħobbna
... mingħajru m'hemmx fidi
... ma tistax tgħaddi mingħajr xi ħadd li taf li jħobbok!
... jemmen fija u jiggwidani fit-triq it-tajba
... iħobbni, u jien nafda fih għax huwa l-ħabib tiegħi
... huwa daqskieku ħija
... mingħajru ma jkollix ma' min nitkellem u niftaħ qalbi... ma jkollix ferħ
... Hu biss jaħfirli d-dnub tiegħi
... jagħtini l-grazzja u jgħinni fil-ħajja
... aħna dejjem bid-dnub mingħajr Ġesù
... huwa dak li tani l-ħajja u jrid jagħti sens lil ħajti wkoll
... nixtieq il-paċi u l-imħabba
... inkella nkun waħdi, imma jekk Ġesù jkun miegħi naf li dejjem hemm xi ħadd ħdejja
... huwa dejjem miegħi u huwa l-gwida matul il-vjaġġ ta' ħajti
... Hu l-unika persuna li dejjem ikun miegħi speċjalment meta jitlaqni kulħadd
... nikkalma meta nkun imdejjaq
... Hu l-mudell ta' kif għandi ngħix
... dejjem ikun hemm biex jgħinni, speċjalment fl-aktar mumenti diffiċli ta' ħajti
... mingħajru la jien u l-anqas in-nies li naf ma jkun hawn
... jagħtina tweġibiet għal mistoqsijiet li l-bniedem waħdu ma jasalx biex iweġibhom
... għax hu l-ħabib tiegħi, u meta nipprova nkellmu dejjem inħossni aħjar.

No comments: