Kultant nitħabat jien stess biex inwieġeb dik id-domanda! Wieħed żagħzugħ - li wasal biex jibda t-triq lejn is-saċerdozju bħala Seminarista - f'ittra sabiħa li bagħatli, esprimiha b'dan il-mod...
Għalija li nkun saċerdot
tfisser li rrid ningħata għall-poplu t’Alla u naqdih f’dak kollu li niġi
mitlub nagħmel. Inħoss li taqdi lill-ħaddieħor hi xi ħaġa vera sabiħa u personalment
rajt is-sabiħ tagħha matul l-aħħar snin li kont nifforma parti mit-tmexxija
tal-grupp taż-żgħażagħ tal-parroċċa. Għalija s-saċerdot hu dak il-bniedem
magħżul biex iwassal il-kelma t’Alla u jgħaqqad il-bniedem m’Alla permezz
tas-sagramenti. Dak il-bniedem magħżul b’dan il-mod minn Alla biex jaqdi lilu,
hu tassew ixxurtjat. Il-qassis għandu jkun dak li jgħix hu stess l-ewwel dak li
jipprietka, u jkun ta’ eżempju għall-poplu b’għemilu u bl-ubbidjenza tiegħu.
Jekk hi din is-sejħa li qed jagħmilli l-Mulej, jien nixtieq inżomm dan kollu
quddiem għajnejja u nwettqu bl-akbar ferħ.
Ejjew inżommu lil dan iż-żagħżugħ - u oħrajn li bħalu jinsabu għadejjin mill-istess taqbida - biex lil Alla jċedulu ħajjithom u jħalluh ifawwarhom bil-ferħ u l-kuraġġ.
No comments:
Post a Comment